Għalina l-edukazzjoni tiġi l-ewwel.
L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-mobilità soċjali, biex titwettaq il-ħolma ta’ kull omm u missier li wliedhom ikunu aħjar minnhom.
Kien għalhekk li Joseph Muscat ta Garanzija liż-Żgħażagħ li titwettaq taħt Gvern Ġdid. Garanzija li nagħtu l-opportunità lil kulħadd li jsib futur fit-Tagħlim, f’iktar Taħriġ jew fix-Xogħol.
Tellaqna proċess wiesgħa ta’ diskussjoni, ma’ żgħażagħ, għaqdiet taż-żgħażagħ, studenti u s-soċjetà ċivili.
Issa jmiss lilkom li tixtarru l-proposta tagħna u tagħtuna l-ideat tagħkom dwarha.
Irridu li kull żagħżugħa u żagħżugħ jilħaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħha jew tiegħu.
Permezz ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ ta’ Tagħlim, Taħriġ u Xogħol, qed nagħtu l-għodda biex iż-żgħażagħ tagħna, huma min huma, ikollhom l-opportunità li jeċċellaw u jagħmlu suċċess.
Ara d-diskors ta’ Joseph Muscat hawn.
Aqra d-diskors ta’ Joseph Muscat hawn.
Ara r-reazzjonijiet għall-proposta ta’ Joseph Muscat hawn.